Sonya hija xjentista b’interess speċjali fil-bijoloġija evoluzzjonarja. Tħaddan viżjoni li fiha tara kommunitajiet ta’ nies imsejsa fuq ir-responsabbilta` u r-rispett lejn xulxin, passjoni għan-natura u dak kollu li hu sabiħ, u moħħ miftuħ bil-kurżita` ta’ mara ferm iżgħar fl-eta`. Bl-għarfien li għandha tax-xjenzi naturali, u anke dawk applikati f’diversi oqsma, inkluż l-agrikoltura u l-intrapriża, Sonya taħdem fis-Servizz Pubbliku bħala uffiċjal inkarigata mill-politika fil-qasam tal-biedja u l-ikel, u hija lettur l-Universita` ta’ Malta.
Fil-korsijiet ta’ studju tagħha, ‘The Biology of Struggle’ u ‘The Biology of Well-being’ Sonya tispjega kif it-teorija u l-prinċipji tal-evoluzzjoni jistgħu jgħinuna nifhmu il-mekkaniżmi li jirregolaw l-imġieba tagħna, u li din it-tip ta’ konoxxenza taf twassal biex insibu soluzzjonijiet għal uħud mill-problemi li niffaċċaw ta’ kuljum. Il-blog tagħha, ‘The Biology of Things’ li wieħed jista’ jaqra fuq https://www.sonyasammut.com, mhux xej ħlief proġġett li permezz tiegħu Sonya tissellef xi ftit mill-ideat meraviljużi li nsibu fid-dipartimenti tal-bijoloġija u tal-psikoloġija, u tnissel minnhom ħsibijiet li jagħtuna perspettiva differenti u li tista’ twassalna biex inħossuna aħjar fil-ħajja tagħna.
Sonya għandha interess partikolari dwar kemm in-nisa u l-irġiel huma differenti minn xulxin u kif, ġaladarba n-natura ma fasslithomx pariċċ, kellha raġuni. Sonya temmen li min-naħa tagħna għandna napproffittaw minn dan il-fatt, billi nibnu fuq dak li jsaħħaħna, billi nikkumplimentaw lil xulxin, u noħolqu t-tip ta’ narrattiva li t-tfal tagħna jistħoqqilhom jirtu.
Il-Mistieden issibu fuq https://www.facebook.com/sonya.sammut
*************************************************
Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli mingħajr l-għinuna ta'
Derek Meats
Beerhead
eCabs
Etisicura
Richmond
Rapid Screening Malta
Valletta Glass
*************************************************
Għal iktar informazzjoni żur https://www.jonmallia.mt
*************************************************
Tħabbeb Magħna
Facebook
YouTube
Patreon
TikTok
Instagram
Tista wkoll tkellimna fuq
[email protected]